25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/26
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Settembru 2008 — Cofra vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-477/07) (1)
(“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess - Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2008/C 272/50)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Cofra srl (Bari, l-Italja) (rappreżentant: A. Calabrese, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal xi dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Taljani lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami ta' skema ta' għajnuna mill-Istat.
Dispożittiv
1)
M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy