13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Deltalinqs u SVZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-481/07) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani insostenn tat-trasport intermodali bil-passaġġi fuq l-ilma interni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament ippreżentat minn assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ impriżi stabbiliti fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà manifesta”)
2010/C 37/50
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Deltalinqs (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u SVZ, Havenondernemersvereniging Rotterdam (Rotterdam) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u S. Noë, aġenti)
Partijiet intervenenjenti insostenn tal-konvenuta: Vlaams Gewest (Brussell, il-Belġju); u Waterwegen en Zeekanaal NV (Willebroek, il-Belġju) (rappreżentant: Y. van Gerven, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1939 finali, tal-10 ta’ Mejju 2007, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet, wara l-proċedura ta’ eżami preliminari skont l-Artikolu 88(3) KE, fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna proposta mill-Vlaams Gewest (ir-Reġjun Fjamming, il-Belġju) insostenn tat-trasport intermodali bil-passaġġi fuq l-ilma interni (Għajnuna mill-Istat Nru 682/2006 — Belġju).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Deltalinqs u SVZ, Havenondernemersvereniging Rotterdam, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni.
(3)
Il-Vlaams Gewest u Waterwegen en Zeekanaal NV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 64, 8.3.2008.
Full & Egal Universal Law Academy