Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008 – Galderma vs UASI – Lelas (Nanolat)
(Kawża T-6/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja Nanolat – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti TANNOLACT – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 49, 50)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 146/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Galderma SA u Tihomir Lelas.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Tihomir Lelas
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Nanolat għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 5 – Applikazzjoni Nru 3088986
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Galderma SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Ġermaniża TANNOLACT għall-prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Galderma SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy