Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – Torres vs UASI – Gala-Salvador Dalí (TG Torre Galatea)
(Kawża T-8/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TG Torre Galatea – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TORRES 10 – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 71)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 168/2006-2), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA, u Fundación Gala-Salvador Dalí.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Fundación Gala-Salvador Dalí
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva TG Torre Galatea għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 2730513
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Miguel Torres, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Komunitarja TORRES 10 għal prodotti fil-klassi 33 (Applikazzjoni Nru 466896), kif ukoll bosta trade marks oħra Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell milqugħ, deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy