Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2008 – FVB vs UASI – FVD (FVB)
(Kawża T-10/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FVB – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FVD – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Article 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51-57)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2006 (Każ R 1343/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vorsorgemanagement Deutschland mbH u FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali FVB għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36 – Applikazzjoni Nru 2126175
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vermögensberatung Deutschland mbH (preċedentement FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vorsorgemanagement Deutschland mbH)
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali FVD għal servizzi fil-klassi 36.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy