Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir‑Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 – Goncharov vs UASI – DSB (DSBW)
(Kawża T‑34/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DSBW – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DSB – Raġuni assoluta għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 52-54)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1330/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DSB u K. Goncharov.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Karen Goncharov
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali DSBW għal servizzi fil-klassijiet 39, 41, 43 u 44 – Applikazzjoni Nru 2852143
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
DSB
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali DSB (trade mark Komunitarja Nru 2292290) għal servizzi fil-klassijiet 35 sa 37, 39, 41 u 42, fejn l‑oppożizzjoni hija intiża kontra r‑reġistrazzjoni fil-klassijiet 39, 41 u 43
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni kkontestata annullata. Rikors miċħud.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
K. Goncharov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy