Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2008 – Leche Celta vs UASI – Celia (Celia)
(Kawża T-35/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Celia – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti CELTA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 49)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 294/2006-4) relattiva għal proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leche Celta, SL u Celia SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Celia SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Celia għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 29 u 38 – Applikazzjoni Nru 2977221
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Leche Celta, SL
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali CELTA għal prodotti fil-klassi 29
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Leche Celta, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy