Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008 – Zipcar vs UASI – Canary Islands Car (ZIPCAR)
(Kawża T-36/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZIPCAR – Trade mark nazzjonali preċedenti CICAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 47-50)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 122/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Canary Islands Car, SL u Zipcar, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Zipcar, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ZIPCAR għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9.39 u 42 – Applikazzjoni Nru 3139375
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Canary Islands Car, SL
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali CICAR għal servizzi fil-klassi 39
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa fir-rigward tas-servizzi invokati fil-klassi 39
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zipcar, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy