Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2008 – ratiopharm vs UASI (BioGeneriX)
(Kawża T-47/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 21, 26-28)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 1047/2004-4), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioGenerix bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
ratiopharm GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali BioGeneriX għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 5, 35, 40 u 42 – Applikazzjoni Nru 1701762
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ratiopharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy