Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tieni Awla) tas‑17 ta’ Ġunju 2009 – Il‑Portugall vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑50/07)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju –Uċuh ta’ raba’ li tinħarat – Qamħ iebes – Terminu ta’ 24 xahar – L-ewwel komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 – Kontrolli fuq il-post – Remote sensing – Effettività tal-kontrolli – Riżultati tal-verifiki – Miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat – Eżistenza ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG”
1. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2(ċ)), u Nru 1258/1999, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummssjoni Nru 1663/95, l-ewwel, it-tieni u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 8(1)) (ara l-punti 27-30, 32-34, 74-77, 84-87, 95-97)
2. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3887/92, Artikolu 6(1)) (ara l-punti 101, 102)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), (ĠU L 355, p. 96), billi din eskludiet mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-uċuh tar-raba’ li tinħarat (qamħ iebes).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-uċuħ tar-raba’ li tinħarat (qamħ iebes) għas-sena 2003.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy