Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008 – BYK-Chemie vs UASI (Substance for Success)
(Kawża T-58/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Substance for Success – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 30)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2007 (Każ R 816/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Substance for Success bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
BYK-Chemie GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Substance for Success għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 u 40 sa 42 – Applikazzjoni Nru 3660552
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BYK-Chemie GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy