Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2008 – SHS Polar Sistemas Informáticos vs UASI – Polaris Software Lab (POLARIS)
(Kawża T-79/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva POLARIS – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti POLAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48, 50 u 51)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Jannar 2007 (Każ R 658/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SHS Polar Sistemas Informáticos, SL u Polaris Software Lab Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Polaris Software Lab Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva POLARIS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 – Applikazzjoni Nru 3267713
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
SHS Polar Sistemas Informáticos, SL
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja verbali POLAR għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni kkonfermata għall-prodotti kkontestati kollha fil-klassi 9
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SHS Polar Sistemas Informáticos, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy