Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2008 – Deichmann‑Schuhe vs UASI – Design for Woman (DEITECH)
(Kawża T-86/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DEITECH – Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti DEI-tex – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 36, 37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG u Design for Woman SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Design for Woman SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva DEITECH għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 3378643
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG
Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks figurattivi Ġermaniża u internazzjonali DEI-tex għall-prodotti fil-klassi 25, peress li l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tirrigwarda r-reġistrazzjoni f’din il-klassi
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Jannar 2007 (Każ R 791/2006-2), hija parzjalment annullata sa fejn hija ssostni li l-prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti ma ġietx stabbilita għal dak li jirrigwarda ż-“żraben”, li jaqgħu fil-klassi 25, koperti mill-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy