Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Scil proteins vs UASI – Indena (affilene)
(Kawża T-87/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva affilene – Trade mark verbali Komunitarja preċedenti AFFILIN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn il-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40-42, 45-52)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Jannar 2007 (Każ R 10/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Scil proteins GmbH u Indena SpA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Indena SpA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva affilene għal prodotti fil-klassi 1 – Applikazzjoni Nru 2751931
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Scil proteins GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Komunitarja AFFILIN għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5 – Reġistrazzjoni Nru 2583391
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-23 ta’ Jannar 2007 (Każ R 10/2006-2), hija annullata sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti li ġejjin: “estratti ta’ pjanti mediċinali għall-użu fl-industrija tal-kożmetika u tal-ikel, u mhux għal finijiet dijanjostiċi”.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy