Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2008 – Aventis Pharma vs UASI – Nycomed (PRAZOL)
(Kawża T-95/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRAZOL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PREZAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabblità ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 30, 56, 57)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Frar 2007 (Każ R 302/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Altana Pharma AG u Aventis Pharma SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Nycomed GmbH, li qabel kienet Altana Pharma AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali PRAZOL għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 1154269
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Aventis Pharma SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali nazzjonali PREZAL għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ Frar 2007 (Każ R 302/2005-4), hija annullata.
2)
L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Aventis Pharma SA.
3)
Nycomed GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy