Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Dada vs UASI – Dada (DADA)
(Kawża T-101/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DADA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DADA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 46-48)
2. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 29-31)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1342/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dada Srl u Dada SpA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Dada SpA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva DADA għal servizzi fil-klassi 42 – Applikazzjoni Nru 1903111
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Dada Srl
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Taljana DADA, għal servizzi fil-klassijiet 35, 37, 38 u 42, kif ukoll l-isem kummerċjali DADA, użat fil-kummerċ fl-Italja sabiex jidentifika dawn l-attivitajiet: “ġestjoni tan-negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, funzjonijiet ta’ uffiċċju, affarijiet dwar proprjetà immobbli, telekomunikazzjonijiet, edukazzjoni, taħriġ, servizzi legali, programmazzjoni għal kompjuters”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni għas-servizzi inkwistjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni appellata kkonfermata u appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dada SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy