Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 – Fratex Indústria e Comércio vs UASI – USA Track & Field (TRACK & FIELD USA)
(Kawża T-103/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva TRACK & FIELD USA – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TRACK & FIELD – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 68-74)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1061/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fratex Indústria e Comércio, Ltda u USA Track & Field, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
USA Track & Field, Inc
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva USA TRACK & FIELD – Applikazzjoni Nru 1680883
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Fratex Indústria e Comércio, Ltda
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva nazzjonali TRACK & FIELD
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell ippreżentat minn USA Track & Field, Inc. milqugħ
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fratex Indústria e Comércio, Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy