Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Alcon vs UASI – *Acri.Tec (BioVisc)
(Kawża T-106/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioVisc – Trade marks internazzjonali verbali preċedenti PROVISC u DUOVISC – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 43)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Frar 2007 (Każ R 660/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alcon Inc. u *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
*Acri.Tec AG Gesellschaft für ophtalmologische Produkte
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali BioVisc għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 3651809
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Alcon Inc.
Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks internazzjonali verbali PROVISC u DUOVISC għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alcon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy