Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008 – Suez vs UASI (Delivering the essentials of life)
(Kawża T-128/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Delivering the essentials of life – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 27-29)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-2 ta’ Frar 2007 (Każ R 811/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Delivering the essentials of life bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Suez
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Delivering the essentials of life għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 9, 11, 16 u 35 sa 42 – Applikazzjoni Nru 4102497
Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
1)
Dispożittiv
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Suez hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy