Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – Mohr & Sohn vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-131/07)
“Navigazzjoni interna – Kapaċità tal-flotot tal-Komunità – Kundizzjonijiet għad-dħul fis-servizz ta’ bastimenti ġodda (regola ‘qadim għall-ġdid’) – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati – Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999”
Trasport - Navigazzjoni interna - Titjib strutturali (Regolament tal-Kunsill Nru 718/1999, Artikolu 4(6)) (ara l-punti 31, 32, 36, 37, 39, 40)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG (2007) D/200972, tat-28 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-applikazzjoni għall-bastiment Niclas tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati mill-Artikolu 4(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999, tad-29 ta’ Marzu 1999, dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 271).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Paul Mohr & Sohn, Baggerei und Schiffahrt hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy