Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2008 – Colgate-Palmolive vs UASI – CMS Hasche Sigle (VISIBLE WHITE)
(Kawża T-136/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali VISIBLE WHITE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a)) (ara l-punti 45-47)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2007 (Każ R 165/2005-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMS Hasche Sigle u Colgate-Palmolive Co.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali VISIBLE WHITE għal prodotti fil-klassi 3 – Trade mark Komunitarja Nru 802793
Proprjetarja tat-trade mark ikkonċernata:
Colgate-Palmolive Co.
Parti li ppreżentat talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
CMS Hasche Sigle
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni rrevokata u t-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy