Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-156/07 u T-232/07)
“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha – Emendi – Regolament Nru 1 – Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”
1. Komunitajiet Ewropej - Sistema lingwistika - Eżistenza ta’ prinċipju ġenerali li jistabbilixxi d-dritt ta’ kull ċittadin għat-tfassil fil-lingwa tiegħu ta’ kull att li jista’ jaffettwa l-interessi tiegħu - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punti 53, 54)
2. Komunitajiet Ewropej - Sistema lingwistika - Regolament Nru 1 - Kamp ta’ applikazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punti 54-56)
3. Uffiċjali - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni - Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali f’ċerti lingwi uffiċjali biss (ara l-punti 61-69)
4. Uffiċjali - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni - Pubblikazzjoni sħiħa fil-Ġurnal Uffiċjali f’ċerti lingwi uffiċjali biss (ara l-punti 80-85)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/94/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), u, min-naħa l-oħra, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni) (ĠU 2007, C 103 A, p. 7).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy