Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (Il‑Ħames Awla) tal‑10 ta’ Diċembru 2009 – Cofac vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑159/07)
“FSE – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Miżuri ta’ taħriġ – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ”
Politika soċjali - Fond Soċjali Ewropew - Għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ taħriġ professjonali - Deċiżjoni li titnaqqas l-għajnuna inizjalment mogħtija - Drittijiet tad-difiża tal-benefiċjarji - Portata (ara l-punti 33-35, 37, 52)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2004) 24253, tad-9 ta’ Novembru 2004, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni C (87) 0860, tat-30 ta’ April 1987, għal miżuri ta’ taħriġ (Fajl 870927 P1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cofac – Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy