Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010 – L‑Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-166/07 u T-285/07)
“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti – Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali – Emendi – Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha – Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Abbuż ta’ poter”
1. Komunitajiet Ewropej - Sistema lingwistika - Regolament Nru 1 - Kamp ta’ applikazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punti 52-54)
2. Komunitajiet Ewropej - Sistema lingwistika - Eżistenza ta’ prinċipju ġenerali li jistabbilixxi d-dritt ta’ kull ċittadin għat-tfassil fil-lingwa tiegħu ta’ kull att li jista’ jaffettwa l-interessi tiegħu - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punt 73)
3. Uffiċjali - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni - Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali f’ċerti lingwi uffiċjali biss (ara l-punti 77-85)
4. Uffiċjali - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni - Pubblikazzjoni sħiħa fil-Ġurnal Uffiċjali f’ċerti lingwi uffiċjali biss (ara l-punti 91, 93, 94)
5. Uffiċjali - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet (ara l-punti 110-112)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/94/07, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), EPSO/AST/37/07, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni (ĠU 2007, C 45 A, p. 15), u EPSO/AD/95/07, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni (Librerija/Dokumentazzjoni) (ĠU 2007, C 103 A, p. 7).
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
Full & Egal Universal Law Academy