Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Settembru 2008 – Anvil Knitwear vs UASI – Aprile e Aprile (Aprile)
(Kawża T-179/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja Aprile – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ANVIL – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Artikoli 8(1)(b), 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 55, 57-63)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1076/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anvil Knitwear, Inc u Aprile e Aprile Srl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Anvil Knitwear, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy