Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – Avon Products vs UASI (ANEW ALTERNATIVE)
(Kawża T-184/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANEW ALTERNATIVE – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 32)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1471/2006-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEW ALTERNATIVE bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Avon Products, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ANEW ALTERNATIVE għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni Nru 4357919
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Avon Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy