Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Marzu 2010 – KEK Diavlos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-190/07)
“Għajnuna finanzjarja mogħtija fil-kuntest tal-programm ta’ informazzjoni taċ-ċittadin Ewropew (Prince) – Proġett li jikkonċerna t-tħejjija għall-introduzzjoni tal-Euro fl-iskejjel – Deċiżjoni li tordna r-rimbors tal-ħlas mogħti bil-quddiem – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”
Rikors għal annullament - Motivi - Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 36-39, 48, 50-52, 66, 67, 70, 74, 77)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 465 finali, tat-23 ta’ Frar 2006, li tordna r-rimbors tal-ammont tal-ħlas bil-quddiem, miżjud bl-interessi moratorji, mogħti taħt il-kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest tal-programm Prince, għal proġett intitolat “The EURO – Its genuine and essential impact on schoolchildren” (Eurogenesis), li jikkonċerna t-tħejjija għall-introduzzjoni tal-Euro fl-iskejjel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
KEK Diavlos hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy