Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008 – AWWW vs EFILWC
(Kawża T-211/07)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Kriterji għall-għażla – Kriterji għall-għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni”
1. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tiġix aċċettata offerta (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 34-45)
2. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Kriterji għal għażla (ara l-punti 57-62)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFILWC, tas-17 ta’ April 2007, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura Komunitarja għal sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ informazzjoni u ta’ analiżi relatati mal-kwalità tax-xogħol u l-impjieg, mar-relazzjonijiet industrijali u mar-ristrutturar fuq livell Ewropew.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AWWW GmbH ArbeitsWelt-Working World hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy