Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 – Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑214/07)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Uċuħ tar-raba’ li jinħarat – Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-baħar Eġew”
1. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Limitazzjoni taċ-ċaħda ta’ finanzjament - Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar - Bidu tad-dekorrenza - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tar-riżultat tal-kontrolli (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(c), u Nru 1258/1999, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 7(4)) (ara l-punt 39)
2. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal-infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70 u Nru 1258/1999) (ara l-punti 51, 53-55)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Regolamenti - Regolament li jipprevedi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ - Nuqqas ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Ġustifikazzjoni - Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ - Inammissibbiltà (ara l-punt 56)
4. Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrevoka għanjuna finanzjarja Komunitarja - Kompetenza li tissostitwixxi deċiżjoni oħra jew li tirriforma d-deċiżjoni kontenzjuża - Assenza - Talbiet għat-tnaqqis tal-ammont li għandu jitħallas lura - Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 136)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/243/KE, tat-18 ta’ April 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju, ċertu nfiq li sar mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 106, p. 55).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy