Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – DSV Road vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑219/07)
“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ disketti mit-Tajlandja – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Talba għal remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KE) Nru 2913/92”
1. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 81(6)) (ara l-punti 35-38, 40)
2. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Ħlas lura jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Klawżola ta’ ekwità stabbilita mill-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 904(ċ)) (ara l-punti 55-57)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ April 2007, li tindika lill-awtoritajiet Belġjani li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni fuq disketti mit-Tajlandja huwa ġġustifikat u li l-għoti ta’ remissjoni fuq dawn id-dazji mhuwiex iġġustifikat (Fajl REC 05/02).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DSV Road NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy