Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2008 – Imperial Chemical Industries vs UASI (LIGHT & SPACE)
(Kawża T-224/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIGHT & SPACE – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-29, 33, 34, 36-40)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1631/2006-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal LIGHT & SPACE bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Imperial Chemical Industries plc
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali LIGHT & SPACE għal prodotti fil-klassi 2 – Applikazzjoni Nru 5147756
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Imperial Chemical Industries plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy