Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad‑29 ta’ Settembru 2009 – Thomson Sales Europe vs Il‑Kummissjoni
(Kawżi magħquda T‑225/07 u T‑364/07)
“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja – Remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Negliġenza manifesta – Nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni – Rikors għal annullament – Att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà”
1. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239, Nru 2584/98, Nru 710/95 u Nru 1531/2002; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 905 u Anness 11, u Nru 2376/94) (ara l-punti 66-68, 72-132, 137-154)
2. Proċedura - Miżuri istruttorji (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal‑Prim’Istanza, Artikolu 64(3)(d); Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 905) (ara l-punti 163-169)
3. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikoli 873, 874 u 876) (ara l-punti 177-188)
4. Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja (Artikoli 7 KE u 225 KE) (ara l-punti 218-222)
Suġġett
Fil-Kawża T‑225/07, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni fuq ir‑riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit‑talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll, fil-Kawża T‑364/07, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-kisba tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Thomson Sales Europe hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Full & Egal Universal Law Academy