Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Laboratorios Del Dr. Esteve vs UASI – Ester C (ESTER‑E)
(Kawża T‑230/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ESTER‑E – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ESTEVE – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 41, 46, 48, 56, 60)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ April 2007 (Każ R 737/2006‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Del Dr. Esteve, SA u The Ester C Company.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
The Ester C Company
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Komunitarja ESTER‑E għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 5 – Applikazzjoni Nru 3163946
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Laboratorios Del Dr. Esteve, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva Komunitarja ESTEVE għall-prodotti fil-klassijiet 1, 5 u 42 u trade marks figurattivi nazzjonali ESTEVE u ESTEVE-LABORATORIO DEL DR. ESTEVE S.A. għall-prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Oppożizzjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Laboratorios Del Dr. Esteve, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy