Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 – Ristic et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑238/07)
“Spezzjonijiet sanitarji – Miżuri ta’ protezzjoni – Deċiżjoni 2007/362/KE – Rikors għal annullament – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Rikors għad-danni – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Prinċipju ta’ protezzjoni tal‑aspettattivi leġittimi – Dmir ta’ premura – Dritt ta’ proprjetà u dritt għall‑eżerċizzju ta’ attività ekonomika”
1. Rikors għal annullament - Interess ġuridiku (Artikolu 230 KE) (ara l‑punti 37-39)
2. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal‑Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 51, 52)
3. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 55, 56)
4. Agrikoltura - Approssimazzjoni tal-liġijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji - Miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u ta’ residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali - Direttiva 96/23 (Direttiva tal-Kunsill 96/23; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362) (ara l‑punti 58-60, 66-68, 74, 76-82)
5. Agrikoltura - Approssimazzjoni tal-liġijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji - Miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u ta’ residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali - Direttiva 96/23 (Direttiva tal-Kunsill 96/23; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362) (ara l-punti 85-91)
6. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal‑Artikolu 288 KE) (ara l-punti 92-93)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362/KE, tas-16 ta’ Mejju 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id‑Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 71), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ristic AG, Piratic Meeresfrüchte Import GmbH, Prime Catch Seafood GmbH, u Rainbow Export Processing, SA huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy