Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Weiler vs UASI – IQNet Association – The International Certification Network (Q2WEB)
(Kawża T-242/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja vebali Q2WEB – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti QWEB u trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti QWEB Certified Site – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità relattiva (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a)) (ara l‑punti 25, 33, 41, 42, 44)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Marzu 2007 (Każ R 893/2005-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali, li sussegwentement saret IQNet Association – The International Certification Networkm, u D. Weiler.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali Q2WEB għal prodotti fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42 – trade mark Nru 2418150
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Dieter Weiler
Parti li ressqet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali
Trade marks tal-parti li talbet id‑dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali QWEB għal prodotti u servizzi fil-klassi 42 (trade mark Komunitarja Nru 1772078), trade mark figurattiva QWEB għal servizzi fil‑klassijiet 35, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 1871201) u trade mark verbali QWEBMARK għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 1771963)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni:
Trade mark inkwistjoni annullata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Dieter Weiler huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy