Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008 – Ebro Puleva vs UASI – Berenguel (BRILLO’S)
(Kawża T-275/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO’S – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali “brillante” – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 28)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2007 (Każ R 493/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ebro Puleva, SA u Luis Berenguel, SL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Luis Berenguel, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali BRILLO’S għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 – Applikazzjoni Nru 2984995
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Ebro Puleva, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks figurattivi Spanjoli “brillante” għal prodotti fil-klassi 30 (Trade mark Nru 922772) u fil-klassi 29 (Trade mark Nru 2413459)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ebro Puleva, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy