Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – MIP Metro vs UASI – Metronia (METRONIA)
(Kawża T-290/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat - trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 38, 51, 55, 56)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1315/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Metronia, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva METRONIA għall-prodotti fil-klassi 9 u għal servizzi fil-klassijiet 20, 28 u 41 – Applikazzjoni Nru 3387834
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali figurattiva METRO għal prodotti u servizzi, fost l-oħrajn, fil-klassijiet 9, 20, 28 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa, applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Oppożizzjoni miċħuda u applikazzjoni għal reġistrazzjoni milqugħa wara l-proċedimenti
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1315/2006-2), hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.
3)
Metronia, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy