Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 – Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe vs UASI – Byass (ALFONSO)
(Kawża T-291/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALFONSO – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti PRINCIPE ALFONSO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Portata tal‑eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell – Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell fl-intier tiegħu – Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l‑Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28-30, 53-61)
2. Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ appell - Deċiżjoni dwar l‑appell - Obbligu tal-Bord tal-Appell - Portata - Nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-appell fl-intier tiegħu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 62(1)) (ara l-punt 62)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1110/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe, SA u González Byass, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
González Byass, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ALFONSO għal prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 33 – Applikazzjoni Nru 3398278
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali PRÍNCIPE ALFONSO għal prodotti fil-klassi 33.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa għall-“inbejjed ta’ Xérès” (klassi 33) u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni rrifjutata għal dawn il-prodotti.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell milqugħ u deċiżjoni appellata annullata.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1110/2006-2), hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy