Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Vitro Corporativo vs UASI – VKR Holding (Vitro)
(Kawża T-295/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Vitro – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 32)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1640/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VKR Holding A/S u Vitro Corporativo, SA de CV.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Vitro Corporativo, SA de CV
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Vitro għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 8, 9, 12, 16, 17, 19, 20, 21, 22, 27, 30, 35, 39, 40, 41, 42 u 43 – Applikazzjoni Nru 2669497
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
VKR Holding A/S
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Komunitarja (Nru 651745), Daniża (Nru 1951415 VR), Ġermaniża (Nru 725452) u Brittanika (Nru 1436897) VITRAL, għal prodotti, fost l-oħrajn, fil-klassi 19, li kontra tagħhom hija magħmula l-oppożizzjoni
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal prodotti fil-klassi 19 miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vitro Corporativo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy