Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2009 – Korsch vs UASI (PharmaCheck)
(Kawża T-296/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PharmaCheck – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 31, 41, 53)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 358/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PharmaCheck bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Korsch AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali PharmaCheck għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni Nru 5310214
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Korsch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy