Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2008 – TridonicAtco vs UASI (Intelligent Voltage Guard)
(Kawża T-297/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Intelligent Voltage Guard – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Eżami separat tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull prodott jew servizz indikat fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)) (ara l-punt 22)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29-39)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Mejju 2007 (Każ R 108/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Intelligent Voltage Guard bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
TridonicAtco GmbH & Co. KG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Intelligent Voltage Guard għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11 – Applikazzjoni Nru W874778
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TridonicActo GmbH & Co. KG hija kkundannata għal-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy