Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2009 – Hansgrohe vs UASI (AIRSHOWER)
(Kawża T-307/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AIRSHOWER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 24, 37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1281/2006-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali AIRSHOWER bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Hansgrohe AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali AIRSHOWER għal prodotti fil-klassi 11 – Applikazzjoni Nru 4869319
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Hansgrohe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy