Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 – Tegebauer vs Il-Parlament
(Kawża T-308/07)
“Dritt ta’ petizzjoni – Petizzjoni indirizzata lill-Parlament – Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni”
1. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati - Riferiment għall-anness intiż li jissostanzja argumenti esposti fis-sottomissjonijiet bil-miktub - Ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 18-20)
2. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ petizzjoni - Inklużjoni (Artikoli 194 KE u 230 KE) (ara l-punt 21)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ petizzjoni (Artikolu 194 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew, Artikolu 191(6)) (ara l-punti 23-30)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Ġunju 2007, li ma tittiħidx azzjoni fuq il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007).
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Ġunju 2007, li ma tittiħidx azzjoni fuq il-petizzjoni ppreżentata minn Ingo-Jens Tegebauer fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007) hija annullata.
2)
Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ I. J. Tegebauer.
Full & Egal Universal Law Academy