Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 – Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/07)
“Għajnuna finanzjarja mogħtija lil proġett fil-qasam tal-ambjent – LIFE – Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas – Determinazzjoni tal-obbligi tal-benefiċjarju assunti fil-kuntest tal-proġett finanzjarju – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta’ motivazzjoni”
1. Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet - Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni - Għajnuna finanzjarja mogħtija fil-qasam tal-ambjent - Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas, stabbilit wara kontroll tekniku li twettaq wara l-verifika kontabbli tal-Kummissjoni - Konoxxenza tal-parti kkonċernata - Assenza ta’ ksur tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 1973/92) (ara l-punti 50-52, 57, 64-67)
2. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja - Kundizzjonijiet - Osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni u ta’ dawk tat-talba għal għajnuna - Tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna finanzjarja approvata fil-baġit inizjali fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-obbligu (Regolament tal-Kunsill Nru 1973/92) (ara l-punt 73)
3. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjamenti Komunitarji mogħtija għal azzjonijiet nazzjonali - Obbligu ta’ informazzjoni u ta’ lealtà impost fuq l-applikanti u l-benefiċjarji ta’ għajnuna finanzjarja - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1973/92) (ara l-punt 75)
4. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (ara l-punti 113-118)
5. Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Rikors indirizzat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar irkupru parzjali ta’ ammont imħallas għat-twettiq ta’ proġett fil-qasam tal-ambjent - Assenza ta’ ġurisdizzjoni sħiħa (ara l-punt 121)
Suġġett
Rikors intiż għall-annullament jew, sussidjarjament, għat-tibdil tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E (2005) 5361, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar in-nota ta’ debitu Nru 3240504536, indirizzata lil Dimos Peramatos (muniċipalità ta’ Perama) għall-irkupru tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sussidju mogħti lil Dimos Peramatos permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)/1997/finali/29, tas-17 ta’ Lulju 1997.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dimos Peramatos għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy