Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs B2 Test
(Kawża T-317/07)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku, inkluż ta’ dimostrazzjoni, fil-qasam tat‑teknoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji materjali (1994-1998) – Nonosservanza tal‑kuntratt – Rimbors tal-bilanċ tal-ħlas bil-quddiem magħmul mill‑Kummissjoni”
1. Baġit tal-Komunitajiet Ewropej - Għajnuna finanzjarja Komunitarja - Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna (ara l-punt 71)
2. Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE; Deċiżjoni tal-Kunsill 94/571) (ara l-punti 74, 82, 90, 91, 99-101)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 238 KE, għar-rimbors tal-bilanċ tal-ħlas bil-quddiem magħmul mill-Komunità Europea, flimkien mal-interessi moratorji, fil‑kuntest tal-kuntratt BRST-CT-98-5452, kif ukoll il-ħlas tad-danni.
Dispożittiv
1)
Il-B2 Test SA hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni s-somma prinċipali ta’ EUR 43 437. 94, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata legali annwali applikabbli fi Franza, mill-31 ta’ Lulju 2002 sad-data tal-ħlas sħiħ tad‑dejn.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.
3)
B2 Test hija kkundannata għal-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy