Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2010 – Lufthansa AirPlus Servicekarten vs UASI – Applus Servicios Tecnológicos (A+)
(Kawża T‑321/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva A+ – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AirPlus International – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 8(1)(b) u (5), Artikoli 73, 74 u 79 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u (5), u l-Artikoli 75, 76 u 83 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 43)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 310/2006‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH u Applus Servicios Tecnológicos, SL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Applus Servicios Tecnológicos, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva A+ għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 40, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 2933356
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Komunitarja AirPlus International għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
3)
Applus Servicios Tecnológicos, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy