Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2008 – CFCMKEE vs UASI (SURFCARD)
(Kawża T-325/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SURFCARD – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv parzjali – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 47, 64, 68, 73, 77, 78, 81-84)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 1130/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SURFCARD bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe (CFCMCEE)
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali SURFCARD għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38 – Applikazzjoni Nru 3837564
Deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 1130/2006-1) hija annullata sa fejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali SURFCARD għal “data carriers manjetiċi, data carriers ottiċi” li jaqgħu fil-klassi 9 kif ukoll ta’ “servizzi ta’ karti ta’ kreditu, servizzi ta’ karti ta’ debitu” li jaqgħu fil-klassi 36 skont il-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta’ Trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe (CFCMCEE) u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy