Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2008 – Entrance Services vs Il-Parlament
(Kawża T-333/07)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Tiswija u manutenzjoni ta’ apparat awtomatiku, tax-xogħol tal-injam u ta’ apparat simili fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell – Ċaħda ta’offerta – Żball serju fil-qasam professjonali – Artikolu 93 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002”
Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 93(1)(ċ) u 94; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 133) (ara l-punti 59-77)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti għat-tiswija u l-manutenzjoni ta’ apparat awtomatiku, tax-xogħol tal-injam u ta’ apparat simili fil-bini tal-Parlament fi Brussell.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-offerta magħmula minn Entrance Services u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti għat-tiswija u l-manutenzjoni ta’ apparat awtomatiku, tax-xogħol tal-injam u ta’ apparat simili fil-bini tal-Parlament fi Brussell, hija annullata.
2)
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy