Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2009 – Juwel Aquarium vs UASI – Potschak (Panorama)
(Kawża T-339/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali Panorama – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a)) (ara l-punti 29‑37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 214/2006-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Christian Potschak u Juwel Aquarium GmbH & Co. KG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali Panorama għall‑prodotti fil-klassijiet 11, 16 u 20 – Trade mark Komunitarja Nru 2771087
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Juwel Aquarium GmbH & Co. KG
Parti li titlob l-invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Christian Potschak
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni annullata u t-Trade mark Komunitarja annullata parzjalment
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Juwel Aquarium GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy