Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 – allsafe Jungfalk vs UASI (ALLSAFE)
(Kawża T-343/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALLSAFE – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 25, 27, 37, 40)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Lulju 2007 (Każ R-454/2006-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ALLSAFE bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
allsafe Jungfalk GmbH & Co. KG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ALLSAFE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 12, 22, 35, 39 u 42 – Applikazzjoni Nru 2940534
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
allsafe Jungfalk GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy